Rugby Sport

Guy Noves jitkeċċa minn kowċ nazzjonali ta’ Franza

Guy Noves

Franza keċċew lill-kowċ nazzjonali Guy Noves wara sentejn fit-tmexxija, b’Jacques Brunel se jkun qed joħodlu postu. Noves kien ħa t-tmexxija minn Philippe Saint-Andre wara t-Tazza tad-Dinja tal-2015 iżda rebaħ biss seba’ logħbiet minn 21 Test. Brunel li fil-passat mexxa lill-Italja ffirma kuntratt sat-Tazza tad-Dinja tal-2019 li se ssir fil-Ġappun.

Noves sar l-ewwel kowċ ta’ Franza li tkeċċa u se jħalli lit-tim nazzjonali bl-agħar rekord mill-predeċessuri tiegħu. Il-forma fqira ta’ Franza kienet konfermata fl-aħħar partiti internazzjonali, meta tilfu kontra l-Afrika ta’ Isfel, darbtejn kontra n-New Zealand u draw kontra l-Ġappun. Franza jibdew is-Six Nations b’logħba kontra l-Irlanda fit-3 ta’ Frar.

Tags