Il-mexxejja tal-pajjiż illum taw l-awguri lil xulxin għas-sena l-ġdida. L-iskambju tal-awguri beda għall-ħabta tas-2.30 ta’ waranofsinhar meta l-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca bdiet tilqa’ għandha lil ogħla awtoritajiet tal-pajjiż u membri tal-Korpi Kostitwiti fil-Palazz fil-Belt Valletta għall-iskambju tal-awguri għas-sena l-ġdida.
Kien l-Arċisqof ta’ Malta Mons Charles Scicluna l-ewwel li mar għand il-President ta’ Malta. Aktar tard, il-President laqgħet ukoll lill-Prim Ministru u membri tal-Kabinett kif ukoll lill-Ispeaker tal-Parlament li kien akkumpanjat minn numru ta’ Deputati tal-Partit Nazzjonalista.
Il-President laqgħet ukoll delegazzjoni mill-Ġudikatura mmexxija mill-Imħallef Joseph Micallef, apparti eks-Prim Ministru u Presidenti li wkoll marru jagħtu l-awgurju tagħhom.
Sadanittant, delegazzjoni mill-Partit Nazzjonalista f’dawn il-ħinijiet ukoll qed tagħti l-awgurju tagħhha lill-Awtoritajiet – fosthom lill-President ta’ Malta, lill-Arċisqof u lill-Ispeaker tal-Parlament.
//= $special ?>