Wara l-istorja żvelata minn Net News, iż-żewġt iklieb li ntrabtu ma’ siġra fil-Marsa kienu abbandunati u minkejja rapporti dwar moħqrija. inġabru mill-Animal Welfare.
Dan wara li din il-kamra tal-aħbarijiet żvelat li l-klien tħallew fuq il-post wara diversi rapporti.
Jirriżulta li persuni li għaddew miż-żona fejn hemm marbuta l-klieb dalgħodu rrapurtaw mal-Animal Welfare bil-moħqrija ta’ dawn il-klieb, iżda jidher li skont il-persuni li rrapurtaw, wara 6 siegħat mill-ewwel rapport, il-klieb kienu għadhom marbutin .
Jirriżulta li kelliem għall-animal welfare qalilhom li klieb għandhom ilma u kenn u għaldaqstant ma’ jistgħu jagħmlu xejn.
Dan il-każ tqajjem ukoll fuq il-midja soċjali fejn qed isiru diversi appelli biex l-awtoritajiet jiehdu azzjoni mmedjatament,