L-Italja u r-Renju Unit huma fost il-pajjiżi Ewropej li bdew jinħakmu minn maltemp qalil li ġab miegħu xita, riħ qawwi kif ukoll temperaturi kesħin ħafna.
Fl-Italja, minħabba r-riħ qawwi li kien hemm, tħassru l-vjaġġi tal-vapuri lejn il-gżejjer partikolarment mill-kosta tar-reġjuni tal-Lazio u l-Campania. Għal xi bnadi, l-awtoritajiet Taljani ħarġu twissija ta’ xita u riħ qawwi. //= $special ?>