Internazzjonali

Terremot qrib Tehran

Persuna mietet minn attakk tal-qalb u tal-anqas 56 indarbu wara terremot bil-qawwa ta’ 4.2 fuq l-Iskala Richter. L-epiċentru kien madwar 50 kilometru mill-kapitali, Tehran. Ħafna persuni ndarbu waqt li kienu qed jippruvaw joħorġu mill-bini. L-esperti qalu li dan it-terremot kien effett tat-terremot li sar fl-20 ta’ Diċembru, li kellu l-qawwa ta’ 5.2 fuq l-Iskala Richter u li kien ħalla żewġ vittmi.