Internazzjonali

Tirtira l-Pulizija mill-Katalonja

Il-Ministru tal-Intern Spanjol ħabbar li kien qed jirtira l-eluf ta’ pulizija li kien bagħat lejn il-Katalonja bħala effett tar-referendum dwar l-indipendenza li sar f’Ottubru. Juan Ignacio Zoido, il-Ministru tal-Intern Spanjol, qal li kien deċiż li l-5,000 pulizija li kienu ntbagħtu ma kienx hemm aktar bżonnhom. Dan wara li l-affarijiet ikkalmaw wara li Spanja kienet ħadet il-kontroll tar-reġjun wara d-dikjarazzjoni tal-indipendenza mill-Parlament Katalan ftit ġimgħat wara r-referendum.