Vitaly Mutko rriżenja minn chairman tal-Kumitat Organizzattiv għat-Tazza tad-Dinja tas-sena d-dieħla li se ssir fir-Russja. Aktar kmieni dan ix-xahar, Mutko kien sospiż għal għomru mill-Olimpjadi wara rapport kumissjonat mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali. Dan ir-rapport kien ikkonkluda li hu kien mexxa programm ta’ doping mill-istat Russu.
Mutko kien irriżenja minn President tar-Russian Football Union it-Tnejn li għadda. Hu qal li jrid jiffoka biex inaddaf ismu fil-Qorti tal-Arbitraġġ Sportiv. Mutko se jibqa’ fil-kariga bħala Viċi Prim Ministru Russu.
Ir-Russu kien wieħed mill-aktar persuni b’saħħithom fl-isport ta’ pajjiżu fl-aħħar diċenju. Hu kien ukoll Ministru tal-Isport bejn l-2008 u l-2016. Alexei Sorokin se jassumi l-kariga ta’ chairman tal-Kumitat Organizzattiv.
//= $special ?>