Kien it-28 ta’ Diċembru tal-1977 meta tfajla żagħżugħa ta’ ħmistax-il sena biss, inqatlet fi splużjoni ta’ ittra bomba li intbagħtet fil-forma ta’ rigal imgeżwer f’karti tal-Milied…. dakinhar kienet inqatlet Karin Grech, bint il-Professur Edwin Grech.
Karin kienet fetħet il-pakkett indirizzat lill-missierha wara li kienet ħasbitu xi rigal, splużjoni li seħħet fil-preżenza ta’ ħuha Kevin.
L-isplużjoni kienet ikkawżat ġrieħi f’żaqq u wiċċ Karin li eventwalment wasslu għall-mewt ta’ din iż-żagħżugħa. Anke ħuha Kevin kien ġarrab xi ġrieħi.
Minkejja li għaddew 40 sena minn dan il-qtil, il-każ baqa’ mhux solvut.
F’għeluq dan l-anniversarju il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, fi tweet u anke b’messaġġ fuq Facebook sellem il-memorja ta’ din iż-żagħżugħa li nqatlet bl-aktar mod barbaru 40 sena ilu.
//= $special ?>