L-Università Amerikana f’Malta naqqset b’mod sinifikanti l-miri tagħha għall-ammont ta’ studenti li se tkun qed tilqa’ fis-sena akkamedika li tibda f’Settembru 2018. Dan skont artiklu ppubblikat fit-Times of Malta li jgħid li dan it-tnaqqis ġie deċiż wara li nħarġu struzzjonijiet ċari minn investituri mill-Ġordan.
Dan wara li minn 330 student li kienu mistennija li se japplikaw mal-Università Amerikana f’Malta din is-sena, daħlu biss 15-il student; 315-il student inqas minn kemm kien previst.
Skont l-artiklu ta’ Times of Malta, Sadeen Construction Group, l-investituri mill-Ġordan, qal li dan in-numru żgħir ta’ studenti li ġibdet lejha din l-Università qed jagħmel ħsara lir-reputazzjoni internazzjonali u jipperikola l-futur tal-proġett.
L-artiklu jżid jgħid li s-sid ta’ AUM Hani Salah ġie Malta kemm-il darba jitlob riżultati konkreti minn din l-Università u ma kienx impressjonat bil-15-il student li daħlu din is-sena, partikolarment meta wieħed jikkunsidra l-ammont ta’ flus li qed jinħarġu għalih.
Fost l-oħrajn, kull student ingħata tip ta’ borża ta’ studju minn Sadeen Construction Group, filwaqt li ġew appuntati mas-16-il membru tal-istaff b’salarju ta’ mitt elf ewro l-wieħed.
Għaldaqstant, l-AUM kienet sfurzata tnaqqas il-projezzjonijiet tagħha għal Settembru 2018 bin-nofs, biex b’hekk issa mistennija tilqa’ 150 student is-sena d-dieħla. Barra minn hekk, intbgħatu ukoll numru ta accountants u financial controllers fil-campus tal-Università f’Cospicua biex jsegwu l-progress tal-Università.
//= $special ?>