Futbol Sport

Capello mhux se jibqa’ jmexxi lil Jiangsu Suning

Fabio Capello ħabbar li fl-2018 mhux se jibqa’ jmexxi lit-tim Ċiniż ta’ Jiangsu Suning.

Capello, li għandu 71 sena ilu jmexxi lil Jiangsu Suning sa minn Ġunju li għadda u dawn temmew fit-12-il post fil-kampjonat domestiku.

Fil-passat Capello mexxa timijiet bħal ma huma Roma, Juventus u Real Madrid u issa la darba se jkun mingħajr klabb jidher li l-Federazzjoni tal-Futbol fl-Italja se tipprova tikkonvinċih biex jibda jmexxi lit-tim nazzjonali wara li tkeċċa Ventura.