F’dan ir-ritratt li kiseb Net News minn ġewwa l-bini ta’ Polidano Group li baqa’ dieħel fih l-ajruplan tat-tip Dassualt Falcon 7X f’Ħal Farruġ tard ilbieraħ filgħaxija juri l-ħsarat kbar li ġarrab dan l-ajruplan wara li tkaxkar mill-qawwa tar-riħ f’park 4 tal-ajruport internazzjonali ta’ Malta għall-ħabta tal-10:10p.m.
Ftit ‘il bogħod minn fejn l-ajruplan ħabat u faqa’ l-ħajt, f’dak il-ħin kien għaddej riċeviment li għalih attendew mat-3,000 persuna.
Fortunatament fil-ħin tal-inċident ma’ kienx hemm passiġġieri abbord l-ajruplan li huwa ta’ politiku Brittaniku Lord Michael Ashcroft, li hu wieħed mill-aktar 1,500 persuni sinjuri fid-dinja.
Jirriżulta, kif anke jidher f’dan ir-ritratt, li l-ajruplan kien marbut mal-art bil-ħbula, kif inhi l-proċedura, iżda l-qawwa tar-riħ ilbieraħ filgħaxija ċartet il-ħbula u kaxkret l-ajruplan sal-bini ta’ Polidano Group u kisser ħajt.
//= $special ?>