Il-koalizzjoni militari li qed tmexxi l-Arabja Sawdija kontra r-ribelli Houthi fil-Jemen qatlet aktar minn 110 ċivili fl-aħħar għaxart ijiem, waqt attakki mill-ajru konsekuttivi.
‘Il fuq minn 50 spiċċaw jitilfu ħajjithom waqt attakk partikulari fuq suq li kien iffullat bin-nies waqt li 14 il-membru ta’ familja waħda messhom l-istess d-destin waqt rejd fuq razzett.
Il-koordinatur tan-Nazzjonijiet Uniti, Jamie McGoldrick, fisser din il-vjolenza bħala ‘assurda u għal xejn’, bil-kumment jispikka bħala kritika diretta ‘rari’ tal-konflitt fil-Jemen. Dan meta l-koalizzjoni tas-Sawdi, bl-appoġġ tal-Istati Uniti, ir-Renju Unit u pajjiżi oħra, qed tistinka biex telimina lill-moviment armat tal-Houthi ( fil-Jemen) li għandu l-appoġġ tal-Iran.
Is-suq fejn seħħ l-aħħar masskru jinsab f’distrett ta’ Taiz fost konferma li talanqas tmienja fost il-mejtin fl-inħawi kienu tfal. Intant, l-attakki mill-ajru mill-koalizzjoni fl-aħħar għaxart ijiem komplew jolqtu lid-diversi zoni u nħawi tal-Jemen fost ir-riperkussjonijiet terribbli għaċ-ċivili.
//= $special ?>


