Il-President Taljan Sergio Mattarella xolja l-Parlament biex iwitti t-triq għall-elezzjonijiet ġenerali li se jsiru f’pajjiżu fl-4 ta’ Marzu li ġej.
Il-Gvern tal-Italja iltaqa’ ftit wara d-dikjarazzjoni minn Mattarrella u kkonferma d-data tal-elezzjoni.
Il-Partit Demokratiku Taljan taċ-ċentru-xellug (PD) qed jiffaċċja sfida qawwija mill-Partit Forza Italia u l-moviment Cinque Stelle li jopponi l-immigrazzjoni. Intant, l-eks Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi jidher li qed iżid fl-appoġġ popolari bħala l-Kap tal-Forza Italia.
L-influss tal-immigranti fl-Italja jidher li se jkun kwistjoni ewlenija tal-elezzjoni li jmiss.
Paolo Gentiloni hu t-tielet Prim Ministru li serva fil-leġislatura Taljana li waslet biex tispiċċa u li kienet eletta fl-2013.
//= $special ?>

