It-terroristi tal-ISIS wettqu attakk suwiċida fil-kapitali Afgana Kabul li fih mietu aktar minn 40 persuna, b’talanqas 80 jisfaw midruba. Il-vittmi kienu jinkludu n-nisa u t-tfal.
Il-mira tat-terrur kienet organizzazzjoni kulturali tax-Xiti iżda l-‘isplużjoni ewlenija’ fiċ-ċentru tagħha laqtet ukoll bini ta’ aġenzija tal-aħbarijiet Afgana fil-viċin. Intant, l-ISIS ħadu responsabbiltà għall-istraġi waqt li kienu qed jiżdiedu l-ammonti tal-vittmi.
Rapporti oħra qalu li l-isplużjoni fiċ-ċentru tax-Xiti kienet segwita wkoll ‘b’talanqas żewġ splużjonijiet oħra.’ Dan meta l-ISIS, fl-aħħar xhur, wettaq numru ta’ attakki fuq il-miri u l-interessi tax-Xiti madwar l-Afganistan.
Mifhum li fil-ħin tal-attakk kien hemm l-istudenti fost grupp ta’ nies preżenti għal forum ta’ diskussjoni fiċ-ċentru tax-Xiti inkwistjoni. Il-forum kien qed ifakkar it-38 anniversarju mill-invażjoni tal-Afganistan mill-eksqawwiet Sovjetiċi.
Dritt wara l-attakk, numru ta’ ambulanzi bdew iwasslu lill-midruba lejn l-isptarijiet taz-zona, waqt li l-moviment Taliban tal-militanti Iżlamiċi Afgani ħareġ stqarrija biex jgħid li ‘ma kellux x’jaqsam xejn mad-dmija’.
Kelliema għall-President Afgan, Ashraf Ghani, qalu li l-attakk tallum f’Kabul kien ‘reat kontra l-umanità li ma jistax jinħafer’.
//= $special ?>


