Lokali

L-Enemalta b’Kap Eżekuttiv Ġdid

Mill-1 ta’ Jannar 2018, l-Inġinier Jason Vella se jkun qed jokkupa l-kariga ta’ Uffiċjal Kap Eżekuttiv ġdid ta’ Enemalta.

Dan tħabbar mill-Bord tad-Diretturi ta’ Enemalta plc li ħabbar li Inġ. Vella ser imexxi l-Bord Maniġerjali fl-amministrazzjoni tas-servizzi u l-operat tal-Kumpanija u fil-ħidma sabiex jintlaħqu l-miri strateġiċi stipulati mill-Bord tad-Diretturi. Inġ. Vella ser ikun qed jappoġġja wkoll lill-Inġ. Fredrick Azzopardi, Ċermen ta’ Enemalta plc.

Inġ. Vella ngħaqad ma’ Enemalta plc fl-2017 sabiex imexxi d-Dipartiment Business Strategy and Commercial, li twaqqaf f’dawn l-aħħar l-aħħar snin. F’dan l-irwol, ikkordina t-twettiq ta’ diversi investimenti tal-Kumpanija fosthom servizzi ta’ inġinerija tal-elettriku industrijali lil azjendi fis-settur tal-manifattura, proġetti ta’ enerġija li tiġġedded kif ukoll il-kollaborazzjoni ma’ Streamcast Technologies, Inc. għall-iżvilupp ta’ global data centres fil-faċilitajiet ta’ Enemalta fil-Marsa.

L-Uffiċjal Kap Eżekuttiv ġdid gradwa fl-inġinerija elettrika u fforma parti mit-tmexxija ta’ diversi kumpaniji, fosthom GO plc u s-sussidjarji tagħha u Alberta Fire and Security Ltd.