Lokali

Passiġġier minn Singapore arrestat wara sejba ta’ flus mhux dikjarati

Il-Pulizija qed iżżomm lil raġel minn Singapore taħt arrest u mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin wara li l-Uffiċjali tad-Dwana għamlu sejba ta’ flus mhux dikjarati mal-wasla tiegħu f’pajjiżna.

Wara tfittxija li saret permezz tal-apparat tal-x-ray fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, fil-bagalja tal-passiġġier instabu €16,500 fi flus kontanti, kif ukoll SGD2,397 (Dollari ta’ Singapore, għall-ekwivalenti ta’ madwar €1,500).

€10,000 minn dawn, jew aħjar il-limitu stabbilit bil-liġi li wieħed jista’ jġorr fuqu mingħajr ma jiddikjarah, ġew ritornati lill-passiġġier waqt li l-kumplament tal-flus kienu miżmuma. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.