It-tennista Spanjol Rafael Nadal mhux se jieħu sehem fil-Brisbane International minħabba li mhux se jilħaq jirkupra minn injury fl-ikroppa. Madankollu f’kummenti li ta Nadal qal li hu se jkun irkupra sakemm jibda l-Open tal-Awstarlja li se jsir f’Jannar li ġej u li jkun l-ewwel Grand Slam tas-sena 2018.
Fl-Open tal-Awstralja Nadal se jkun qed jipprova jpatti għat-telfa li sofra fil-finali ta’ din is-sena kontra Roger Federer.
Minħabba l-injury f’irkopptu l-istess Nadal tilef anke l-Mubadala World Tennis Championship li sar fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.
L-Open tal-Awstralja jibda fil-15 ta’ Jannar. Tennista ieħor li jinsab f’tellieqa kontra l-ħin biex jirkupra għall-Open tal-Awstralja hu Andy Murray li ilu mweġġa’ sa mis-sajf li għadda.
//= $special ?>