Lokali

Tibdil fil-kompożizzjoni tal-Awtorità tax-Xandir

Il-President ta’ Malta approvat tibdil fil-kompożizzjoni tal-membri tal-Awtorità tax-Xandir wara li skadew it-termini tal-ħatra tagħhom.

Chris Scicluna m’għadux jagħmel parti mill-Bord tal-Awtorità tax-Xandir u postu ttieħed minn Charlo Bonnici.

Il-Bord tal-Awtorità tax-Xandir, wara t-tibdil, huwa kompost kif ġej:

Charlo Bonnici, Frans Ghirxi, Dr Peter Fenech, u Dr Alessandro Lia.

Il-membri tal-Bord ġew maħtura għal perjodu ta’ sentejn b’effett mill-1 ta’ Jannar 2018. L-Awtorità hija ppreseduta minn Martin Micallef, li t-terminu tiegħu ta’ Chairman jiskadi f’April tal-2019.