Internazzjonali

Attakk kontra knisja fl-Eġittu

Fil-kapitali Eġizzjana, il-Kajr, saru żewġ attakki kontra l-Insara u li fihom 12-il persuna tilfu ħajjithom. L-attakki saru fl-inħawi ta’ Helwan, fin-Nofsinhar tal-Kajr.

L-attakki bdew meta għaxar persuni nqatlu x’ħin it-terroristi ppruvaw jidħlu fil-knisja ta’ Mar Mina. Hawn il-vittmi aktarx kienu jkunu aktar kieku ma kienx għall-intervent tal-Pulizija. Wieħed mit-terroristi nqatel filwaqt li l-ieħor irnexxielu jaħrab u kien arrestat ftit wara.
Fuq it-terrorista maqtula nstab ċinturin tal-isplussiv, indikazzjoni li kienet ippjanata straġi ferm akbar.
Madwar siegħa wara sar attakk kontra ħanut ta’ sidien Insara, li fih żewġ persuni nqatlu.