Lokali

FILMAT: Jaħrabilhom ħanżir minn quddiem l-Ajruport ta’ Malta

Fuq il-midja soċjali fl-aħħar jiem kien popolari ħafna filmat li tpoġġa fuq facebook ta’ żewġ uffiċjali jippruvaw jaqbdu ħanzir quddiem l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Din kienet operazzjoni differenti minn dik li jagħmlu l-Pulizija ssoltu fil-qadi ta’ dimirijiethom, u fil-filmat jidhru jippruvaw jaqbdu l-ħanzir li kontinwament beda jiżgiċċalhom.

Sa issa mhux magħruf x’wassal biex il-ħanżir spiċċa jiġri fiż-żona tal-ajruport, iżda żgur li l-filmat nissel tbissima  fost ħafna.