Futbol Sport

FUTBOL – Joaquin iġedded il-kuntratt

Il-captain ta’ Real Betis Joaquin ġedded il-kuntratt tiegħu b’sentejn u b’hekk issa hu marbut mat-tim sas-sajf tal-2020.

Joaquin, eksplejer internazzjonali ta’ Spanja ilu 18-il sena jilgħab il-futbol fuq bażi professjonali u bħalissa din hi t-tieni darba fil-karriera tiegħu li hu qed jilbes il-flokk ta’ Real Betis.

Hu kien beda proprju l-karriera mal-istess Betis sakemm fl-2015 irrotorna mat-tim wara esperjenza li kellu ma’ Fiorentina fl-Italja.

La darba jiskadielu l-kuntratt ma’ Real Betis Joaquin ikollu 39 sena u b’kollox ikun lagħab ma’ Betis għal 11-il staġun. F’dan l-istaġun Joaquin skurja tliet gowls u ma tantx qed jilgħab b’mod regolari mat-tim.