Il-Pulizija Torka temmen li irnexxielha xxejjen attakk terroristiku kbir fil-pajjiż waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ewwel tas-Sena.
F’ħidma kemm fil-kapitali Ankara kif ukoll f’Istanbul, il-Pulizija Torka arrestat 75 persuna suspettati li huma membri tal-ISIS. Is-sorsi qalu li nstabu l-provi li xi wħud minnhom kienu lesti biex fl-Ewwel tas-Sena jwettqu attakki kontra n-nies li jkunu qed jiċċelebraw it-tmiem tas-sena.
L-uffiċjali qalu li ħafna minn dawk arrestati kienu barranin.
Ħidma kontra t-terroriżmu f’Istanbul u Ankara
