Iż-żagħżugħ ta’ 26 sena Melvin Debono minn Raħal Ġdid, suspettat li spara tiri fuq bieb t’anzjana f’Raħal Ġdid ingħata l-libertà proviżorja madankollu ngħatatlu kundizzjoni oħra.
Iż-żagħżugħ ta’ 26 sena li kien qal li ma huwa impjegat imkien kien ġie mressaq il-Qorti ftit jiem ilu fejn kien ingħata l-libertà proviżorja fuq garanzija personali ta’ €4,000.
Madanakollu wara li l-Avukat Ġenerali appella, il-Qorti ppreseduta mill-Imħallef Edwina Grima ordnat sabiex iż-żagħżugħ iħallas depożitu ta’ €1,000 ġaladarba ma riedx imur il-ħabs.
Quddiem l-istess Debono, l-anzjana kienet xehdet li fid-19 ta’ Novembru, waranofsinhar semgħet ħoss qawwi li ddeskriviet bħala dak ta’ terremot. L-għada l-infermiera li tieħu ħsiebha rat toqba fil-bieb ta’ barra u minnufih sar rapport lill-Pulizija.
//= $special ?>

