Tal-anqas 12-il persuna tilfu ħajjithom u erba’ ndarbu serjament minħabba nar li ħakem blokk appartamenti fiz-zona tal-Bronx ta’ New York. Fost il-vittmi hemm tarbija ta’ sena.
Bill de Blasio, is-Sindku ta’ New York, qal li dan kien l-aktar nar fatali fil-belt għal tal-anqas 25 sena.
Il-kawża s’issa ma hix magħrufa.
Bħalissa fi New York qed tagħmel kesħa kbira b’temperaturi ta’ madwar għaxar gradi Celsius taħt iz-zero. Infatti tant kienet kesħa li l-ilma mill-pajpijiet tal-Pulizija tat-Tifi tan-Nar beda jsir silġ hekk kif beda jmiss mal-art. //= $special ?>




