Napoli ġew inkurunati champions tax-xitwa meta tard il-Ġimgħa filgħaxija kisbu rebħa minima ta’ 1-0 kontra Crotone, tim li qed jissielet biex jevita r-relegazzjoni.
L-uniku gowl tal-logħba wasal fis-17-il minuta meta Napoli fetħu l-iskor meta Marek HAMSIK bidel il-ballun ma’ Allan u għeleb lill-gowlkiper b’xutt fil-baxx. Għal Hamsik dan kien is-87 gowl fis-Serie A.
Ta’ min jinnota li fuq il-flokkijiet ta’ Napoli kien hemm badge b’wiċċ Marek Hamsik wara li dan, ġimgħa ilu, sar l-aqwa skorer tal-istorja tal-klabb hekk kif s’issa skurja 117-il gowl, tnejn aktar mill-leġġendarju Diego Maradona.