Lokali

Taljan estradit lejn l-Italja wara investigazzjoni konġunta mal-Pulizija Maltija

Ġie estradit lejn l-Italja t-Taljan Pietro Mauro Palau Giovanetti, li kien ilu maħrub sa mill-2015 meta ngħata sentenza definittiva ta’ disa’ snin u disa’ xhur ħabs fuq frodi u kalunnja.

Giovanetti, li għandu 65 sena, kellu żewġ mandati Ewropej ta’ Arrest wara li bi frodi ddikjara li hu fallut u nstab ħati, iżda kien ħarab mill-pajjiż. Filfatt instab li kien qed jgħix f’Ateni, wara investigazzjoni li saret mill-awtoritajiet Griegi, Ċiprijotti u wkoll dawk f’pajjiżna.

Wara li ntlaqgħet it-talba għall-estradizzjoni, fl-aħħar sigħat hu ġie trasferit lejn l-Italja.

Giovanetti hu magħruf ukoll għaliex fl-2011, waqt udjenza ta’ proċess fil-Qorti, kien qabat jgħajjar lill-eks Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi tant li kellu jitneħħa miż-żona mill-Pulizija.

Dan hu l-filmat ta’ meta l-Pulizija kienet arrestatu fl-2011.