Fortunatament intemmet b’wiċċ il-ġid it-tfittxija għal anzjana mis-Siġġiewi li kienet mitlufa u diżorjentata minħabba li ssofri mid-dimensja.
Kienu l-qraba tal-anzjana li bdew appell għall-għajnuna u għamlu wkoll rapport lill-Pulizija li bdew tfittxija mmedjata madwar il-pajjiż. Theresa Borg kienet dehret l-aħħar fil-Park and Ride tal-Marsa iktar kmieni wara nofsinhar.
Fortunatament hi nstabet qawwija u sħiħa fil-Belt Valletta ftit wara d-disgħa ta’ filgħaxija.
//= $special ?>