Taljan kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li dabbar daqtejn ta’ sikkina waqt argument li nqala’ s-Sibt filgħaxija fil-Marsa. Il-Pulizija kienet infurmata bil-każ fi Triq Patri Feliċjan Bilocca għall-ħabta tas-7.30pm.
Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li dan kollu seħħ wara li nqala’ battibekk bejn raġel Taljan, li l-età tiegħu għadha mhix magħrufa, u Somalu ta’ 22 sena.
Fuq il-post issejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħa lit-Taljan l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi ħfief.
Sadanitant il-Pulizija arrestat lis-Somalu.
//= $special ?>