Sidien tal-ħwienet fiż-żona ta’ San Pawl il-Baħar, imma wkoll f’postijiet bħas-Swieqi u postijiet oħra turistiċi, qed iwissu kontra mara barranija li b’qerq qed tfixkel diversi ħaddiema b’logħob bil-flus.
Il-mara, bi snien tad-deheb, tidħol fil-ħwienet biex tixtri oġġetti ta’ valur baxx iżda tħallas b’karti tal-flus ta’ valur għoli bħal pereżempju noti tal-€200.
Meta tingħata l-bqija, tibda tgħoddhom quddiem l-impjegati li jkunu ffukati fuq l-għadd tal-flus. F’mument minnhom, hi tisfrutta l-aljenazzjoni tal-ħaddiema biex taħbi wħud mill-karti tal-bqija u allura t-total tal-bqija ma’ jaqbilx.
Kienu diversi l-ħaddiema li ġew imqarrqa u spiċċaw ituha d-differenza fil-bqija, bil-konsegwenza li l-mara tmur minn fuq.
Dwar dan il-każ saru diversi rapporti lill-Pulizija.
//= $special ?>