Għand l-Assoċjazzjonni tal-Annimali Abbandunati, il-klieb maħqura jibqgħu jaslu bl-għexieren anke f’dawn iż-żminijiet ta’ festi.
Fl-aħħar sigħat għand l-AAA waslu diversi klieb miġbura mid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali wara sekwestru.
Fost l-ikbar problemi li qed twassal għall-moħqrija tal-annimali, hemm id-dewmien esaġerat biex il-Gvern jimplimenta l-liġi u jibda jinforza kontra sidien ta’ klieb li jqattgħu ħajjithom marbuta b’katina.