Lokali

Il-proġett il-ġdid tax-xatt ta’ Birżebbuġa jegħreq bl-ilma tax-xita

Il-proġett, li wasal fl-aħħar fażi ta' asfaltar, għereq bl-ilma tax-xita

It-triq ġdida li tinsab kważi lesta max-Xatt ta’ Birżebbuġa fin-naħa tal-Qajjenza għerqet bl-ilma tax-xita li niżel matul il-ġurnata tal-bieraħ. Dan il-proġett qed isir minn Transport Malta u ġie jiswa’ madwar €2 miljuni.

Il-proġett jinsab fl-aħħar fażi tiegħu, hekk kif jonqos biss l-aħħar saff ta’ asfalt biex it-triq tal-Qajjenza terġa’ tinfetaħ. Skont Transport Malta, jidher li kellu jsir rinfurzar fil-proġett minħabba li t-triq tinsab viċin tal-baħar.

Madanakollu, kif jidher evidenti fir-ritratt hawn fuq – il-proġett żamm l-ilma u għereq bix-xita li niżlet ilbieraħ.

Dan hu ritratt meħud waqt li x-xogħol kien jinsab fl-aħħar stadji: