L-awtoritajiet fir-Russja ftit tal-ħin ilu arrestaw suspettat li jaħsbu li wettaq l-isplużjoni ta’ nhar l-Erbgħa ġo supermarket fil-belt ta’ San Pietruburgu. It-terroristi tal-ISIS kienu ħadur- responsabbiltà għall-azzjoni partikulari.
L-arrestat qed jissemma bħala ‘l-organizzatur u l-protagonista’ tal-attakk fuq il-kumpless tal-kumpannija (tas-supermarkets) Perekrestok, li kienet ħalliet talanqas 13 midruba.
Is-servizzi tas-sigurtà Russi ma semmewx lis-suspettat b’ismu waqt li l-ISIS għadhom ma ħarġux il-provi li juru s-sehem tagħhom fl-istraġi partikulari.
//= $special ?>

