L-Arċisqof Charles Scicluna flimkien mal-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona u l-Vigarju Generali Joe Galea Curmi, laqgħu lil pubbliku sabiex jagħtu l-awgurju tagħhom għas-sena l-ġdida.
Din il-laqgħa mal-pubbliku, isseħħ kull sena fil-Kurja fil-Furjana, fejn fost in-nies li attendew kien hemm diversi familji, tfal, ħaddiema u anzjani.
L-Arċisqof Scicluna stqarr li s-sena d-dieħla, l-isfqijiet minn madwar id-Dinja f’Ottubru mistiedna jiddiskutu ż-żgħażagħ f’Ruma. Filwaqt li appella lill-pubbliku biex jitolbu għaz-żgħażagħ u b’hekk għal-futur ta’ pajjiżna, huwa wassal messagg ta’ tama u inkorraggament. Huwa stqarr ukoll li ghandna nisimgħu liż-żgħażagħ, filwaqt li semma kliem San Pawl meta jitkellem fuq il-familja u li m’għandna qatt naqtgħu qalb iż-żgħażagħ. Saħaq li għandna nagħatu tifsira lill-ħajja mill-bidu nett sat-tmiem naturali tagħha.
Bi ftit jiem il-bogħod milli il-Belt Valletta tkun imsejħa bħala il-Belt Kapatali tal-Kultura 2018, l-Arċisqof Scicluna tenna li għandna infittxu is-sbuħija li tgħaqqadna u li twassalna lejn Alla. Qal ukoll li għandna nikbru f’din is-sbuħija filwaqt li saħaq li dak kollu li huwa il-verità u li juri l-ġustizzja isebbaħ il-ħajja.
Filwaqt li l-Arċisqof jirringrazzja lill-pubbliku huwa tenna l-awgurju tiegħu anke lill-Media filwaqt li jirringrazzja lil ġurnalisti tax-xogħol li jagħmlu.
Waqt din l-attività, kien hemm ukoll kor mill-iskola Santu Wistin livell primarju, flimkien mal-vjolinista Bernard Curmi, it-tifel tal-Pusè li jattendi l-iskola sekondarja ta’ Santu Wistin. Taħt id-direzzjoni tal-għalliema tagħhom, huma kantaw diversi għanjiet tal-Milied.
//= $special ?>