Hekk kif fi żminijiet tal-Milied ikunu għaddejjin diversi preparamenti, il-presepist Jean Pierre Mifsud ħadem presepju tradizzjonali, magħmul kollu bil-jablo, ġibs, u kartapesta.
Ix-xogħol li ħa madwar tlett xhur biex tlesta, sar kollu bl-idejn. Il-presepju huwa maqsum fi tliet partijiet, in-naħa tal-belt, parti fejn hemm il-grotta u l-wied. Hu kkaratizzat minn numri ta’ effetti sabiex il-presepju jieħu l-ħajja, fosthom il-moviment tal-ilma u pjanti ħajjin. Jagħti wkoll diversi xeni skont il-ħin tal-ġurnata bid-dwal li jintużaw.
Il-pasturi ġew maħduma minn Jesmond Micallef filwaqt li wieħed jista’ jisma’ rakkont dwar il-ħajja ta’ Ġesu’ waqt li japprezza l-presepju. Il-presepju jinsab fi Triq Espedito Catania, f’Ħaż-Żabbar.
//= $special ?>