Illum wara nofsinhar ħalliel jew aktar irnexxielhom jidħlu f’residenza privata fil-Mosta u minnha rnexxielhom jagħmlu serqa kbira ta’ ġojjelli, deheb u flus.
Is-serqa saret minn dar fi Triq Nicolo Isouard fil-Mosta meta fil-ħin tas-serqa ma kienx hemm nies fid-dar. Kien ftit tal-ħin wara l-4.00 pm meta xi ħadd daħal f’din id-dar u sab ammont ta’ taqlib u rriżulta li ħalliel jew ħallelin kien irnexxielhom jidħlu fl-istess dar u jagħmlu b’suċċess din is-serqa kbira.
Immedjatament kienu infurmati il-pulizija li permezz ta’ diversi units mir-Rapid Intervention Unit, (RIU) u l-pulizija tal-lokal marru fit-Triq indikata, iċċirkondaw l-inħawi u beda tiftix estensiv.
Mhux eskluż li f’dan l-istadju bikri tal-investigazzjonijiet il-pulizija irċeviet informazzjoni importanti dwar min seta’ daħal f’din id-dar. Kien għalhekk li sa tard filgħaxija il-pulizija baqghet tagħmel rondi f’toroq fil-Mosta f’kaċċa għall-dawk li wettqu din is-serqa li l-valur tagħha jammonta għal eluf kbar ta’ Ewro.
Il-Maġistrat tal-għassa ġie infurmat bil-każ u ħatar diversi esperti biex jgħinuh fl-inkjestà.
//= $special ?>