It-tennista Serb Novak Djokovic se jkollu jdum aktar milli mistenni biex jirritorna għal logħob minħabba li għadu mweġġa’.
Djokovic, rebbieħ ta’ 12-il Grand Slam, ilu ma jilgħab sa mis-sajf li għadda meta kien ħa sehem fl-Open ta’ Wimbledon imma ħabbar li kien se jirtira mill-Mubadala World Tennis Championship u mill-Open tal-Qatar.
Wieħed irid jara issa jekk Djokovic hux se jilħaq jirkupra biex jikkompeti fl-Open tal-Awstralja li jibda fil-15 ta’ Jannar.
//= $special ?>