Lokali

Danusan: X’ġara bejniethom?

Jumejn ilu Daniel Chircop u Sander Agius taw l-impressjoni li mhux se jibqgħu jaħdmu flimkien wara battibekk li ngħad li nqala’ wara l-programm tagħhom fuq TVM; Twelve to 3.

Iżda waqt ‘konferenza stampa’, is-segwaċi kollha ta’ Danusan ħadu nifs twil meta skoprew li l-ġlieda ta’ dawn it-tnejn ma kinitx ġlieda reali, iżda waħda li se jkunu qed jidħlu fiha fl-irwoli komiċi tagħhom fuq il-palk fi Frar li ġej.

Daniel Chircop u Chrysander Agius, iktar magħrufa bħala d-duo DANUSAN, bdew l-karriera tagħhom flimkien madwar tmintax-il sena ilu fuq NET TV f’diversi produzzjonijiet bħal Mini Bugz u Zinners. Minn hemmhekk imbagħad komplew biex mxew fuq stazzjonijiet ohra fosthom ONE TV u TVM fejn ħadmu produzzjonijiet oħra varji bħal Teletubi, Skartoċċ u VIP Show. Għal dawn l-aħħar snin kienu wkoll fuq ir-radju.

Fl-2004 kienu jiffurmaw parti mill-grupp komiku ZOO u għal dawn l-aħħar ħames snin iffurmaw id-duo popolari DANUSAN b’karratri famużi mal-Maltin bħal Josh u Sean, il-Fuzzy, Vinnie, Gorg l-Għannej tal-Mulej fost ohrajn.