Il-paġna ta’ NET News fuq Facebook serviet biex wasslet kull xorta t’aħbarijiet lill-qarrejja, u dawn kienu l-aktar 10 filmati li rawhom nies.
10) L-għaxar filmat l-aktar li rawh nies kien filmat ta’ trasmizzjoni live ta’ NET News fil-mumenti ezatt malli harget l-ahbar li nqatlet il-gurnalista Daphne Caruana Galizia
9) Fid-disa’ post – filmat bl-istorja ta’ Natalie Williams – li nstabet f’kamra fil-blat wara li nħatfet mir-raġel tagħha.
8) Filmat li rawh hafna nies kien dak tal-Prim Ministru Joseph Muscat jinhasad meta mistoqsi jafx ta’ min hi l-kumpanija Egrant. Dan qabel kien allegat li l-kumpanija Egrant hija tal-mara tieghu.
7) Fis-seba’ post – il-filmat tal-mara li kellha t-tieg f’Jum l-Elezzjoni u allura marret tivvota bil-libsa tat-tieg!
6) U mit-tieġ – għal storja xokkanti – ta’ raġel li prova jisforza abort fuq is-sieħba tiegħu
5) Minn Malta morna barra – għax il-ħames l-aktar filmat segwit fuq NET News kien ta’ crew ta’ net news jipprova jidħol fil-burdell FKK Acapulco – fejn ingħad li kien hemm il-Ministru Chris Cardona waqt safra fuq impenn tal-Gvern.
4) Filmat ieħor popolari ħafna kien dak dwar l-istorja ta’ Horace – kelb li kellu jsofri moħqrija ħarxa.
3) Imma kienet l-aħħar tislima liz-zaghzugh kuraġġuz Jerome li misset il-qalb ta’ eluf kbar.
2) L-istorja ta’ Mariella – li qalgħet transfer wara l-ieħor – ukoll rawha eluf kbar ta’ persuni.
1) Imma l-aktar filmat li fl-2017 rawh nies fuq il-paġna ta’ NET News kien dak tal-Prim Ministru Joseph Muscat waqt il-ħin tal-break fil-programm Xarabank. Muscat kien għadu kif sar jaf b’każ ieħor ta’ tixħim u korruzzjoni – u l-ħarsa fuq wiċċu kienet imprezzabbli.
Dawn kienu fost l-aktar ghaxar filmati li rawhom nies fl-2017…l-istess sena li fiha l-paġna ta’ NET News fuq Facebook qabżet il-mitt elf like!
//= $special ?>