Kunsilli Lokali Lokali

Il-Kunsilli Lokali fil-komunità

Il-pass li jmiss huwa li l-Kunsilli Lokali jfasslu huma l-politika soċjali.

Artiklu li deher il-Ġimgħa 29 ta’ Diċembru fuq il-gazzetta ‘in-Nazzjon’.

Tkomplija ma’ dak li diġà ktibna fl-aħħar ġimgħat, ir-Riforma tal-Kunsill Lokali se taffetwa bosta binari fil-mod kif jiffunżjona l-Kunsill Lokali, fil-mod kif il-Kunsilli jistgħu jħallu impatt fuq il-komunità. L-impenn tal-Partit Nazzjonalista huwa li l-Kunsilli jkunu funzjonabbli f’kull settur. Nerġa nikkwota lil Robert Cutajar, il-Whip f’isem il-Grupp Parlamentari tal-PN fil-Parlament u kelliem għall-Kunsilli Lokali, meta kien qal li l-Partit,il-politika li tiegħu ma tridx tieqaf sal-għatba tar-residenti iżda trid tidħol fid-djar tan-nies. B’hekk il-Partit ikun jista’ jwettaq id-differenza li tant hija meħtieġa.

Hekk biss titfassal politika onestà, li tfittex li tisma’ qabel timplimenta. B’hekk l-implimentazzjoni li ssir tkun tista’ tilħaq il-ħtiġijiet kollha meħtieġa fit-tali lokalità.

“Il-funzjoni tal-KunsillI Lokali tistà tinbidel ferm għall-aħjar, u tersaq aktar qrib il-qalba tal-komunità”. Qaltilna dan Therese Micallef fl-ewwel kummenti tagħha lil din il-gazzetta, hekk kif saqsejniha x’tista tgħidilna aktar dwar ir-Riforma tal-Kunsilli Lokali. Micallef kienet ilha taħdem numru ta’ snin fil-qasam soċjali bħala Social Worker. B’esperjenzi vasti ma’ diversi oqsma fejn misset ma’ bosta problemi soċjali fl-aħħar snin.

Hija qaltilna li xogħla, l-għan ewlieni tiegħu, kien li jgħin, u issa jmiss li l-Kunsilli Lokali jibdew joffu l-għajnuna b’mod aktar dirett fi ħdan is-soċjetà Maltija. Il-Kunsilli Lokali jista’ jisfrutta l-potenzjal li jkun hu l-ewwel li jagħti għajnuna, fejn peremzz tal-binja tiegħu, jew ta’ skemi oħra fil-lokal, f’binjiet diversi, joffri s-servizz hu bl-ewwel t’għajnuna lir-residenti.

Micallef qaltilna li l-Kunsilli Lokali missu jingħata l-opportunità li jkollu l-informazzjoni fuq iz-zoni tiegħu fil-lokalità. B’hekk ikun jaf xi problemi jew x’nuqqasijiet hemm tassew fir-residenza u l-madwar. Ikun jaf f’liema stat jgħixu uħud. Hija qaltilna li hemm Kunsilliera, jew Kunsilli li forsi jkunu jafu b’dawn il-problemi tar-residenti tagħhom. Nies li forsi rikibhom xi vizzju, ġenituri li ma jkunux jistgħu jmantnu ‘l uliedhom, anzjan li jgħixu waħedhom u bosta problemi oħrajn. Madanakollu akkost dan kollu, il-Kunsilli m’għandhomx risorżi siewja biex ikunu jistgħu jagħtu xi forma t’għajnuna lil dawn il-persuni.

Il-Kunsilli għandhom funzjoni li jagħmlu xogħol infrastruturali kemm fuq il-bankini, it-toroq, dwal u kif ukoll f’aspetti oħra, bħal pereżempju l-parkeġġi l-blu, għal dawk il-persuni b’diżabilità.. iżda daqshekk biss? Il-Kunsilli għandhom jieqfu hawn? Bir-risorżi li għandhom jistgħu jagħmlu aktar?

Therese Micallef qaltilna li hawn trid tinbidel il-liġi biex il-Kunsilli Lokali jkunu jistgħu jwettqu tassew aktar ħidma fil-komunità.

  1. L-allokazzjoni tal-Kunsilli, trid tinbidel skont il-ħtieġa tal-lokalità, l-esiġenzi tagħha. L-allokazzjoni ma jistax ikun tibqa’ tittieħed skont in-numru ta’ residenti fil-lokali iżda l-influss tan-nies li jkunu fil-lokal. Dawk li ta’ kuljum qed jitfgħu l-piż fuq il-lokal u fuq ir-residenti.
  2. Biex Kunsill Lokali jwettaq dawn is-servizzi, jrid jiġi assikurat u protett mil-liġi. Kunsill jekk irid jagħti servizz irid ikun kopert skont il-liġi u jkun protett mill-istess liġi.

Il-Kunsilli Lokali wkoll jridu jingħataw aktar fondi jew aktar risorzi umani fuq dan l-aspett biex ikunu jistgħu jimplimentaw proġetti bħal dawn fil-lokal tagħhom.

Il-Partit Nazzjonalista qed ifittex li jaħdem bi sħab ma’ kulħadd f’dan il-qasam biex is-servizz fil-komunità jitjieb tassew. Servizz li jkun hemm għaċ-ċittadin. Il-PN jemmen li l-għan tal-Kunsilli Lokali huwa li jressqu l-politika qrib in-nies, iżda madanakollu issa huwa l-lok li l-istess Kunsilli jingħataw l-għodda meħtieġa biex ikunu jistgħu jwettqu dan.