Lokali

FILMAT: Il-Maġi ta’ Betleħem f’Għajnsielem lejn Ruma u l-madwar

L-attrazzjoni tal-Milied tal-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem jikklassifika fl-ewwel post madwar id-dinja fuq is-CNN

Sa mill-2008, il-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem organizza l-proġett Betleħem f’Għajnsielem, proġett li daħal fid-9 edizzjoni u hija attrazzjoni li għamlet lil Għawdex vetrina ta’ kultura u fidi fil-Milied.

Għal sena ohra, Betleħem f’Għajnsielem attira eluf ta’ nies lejn Għawdex b’aktar minn 55,000 ruħ biss jaqsmu l-fliegu fit-tmiem il-ġimgħa tal-Milied għal din l-attrazzjoni.

Dwan dan il-presepju haj NET News tkellem mas-Sindku t’Għajnsielem, Franco Ciangura.

“F’dan il-proġett irnexxielna nħalltu l-istorja tan-Nattività mat-tradizzjonijiet u l-kultura Maltija u Għawdxija. Bħal kull sena nieħdu ħsieb li jkollna attrazzjonijiet ġodda. Dan il-proġett issa ukoll jinsab fuq skala internazzjoni u b’wiċċi minn quddiem ngħid li s-CNN ikklassifikana fl-1 post fost l-attrazzjonijiet tal-Milied madwar id-dinja.”

Issa jmiss il-vjaġġ tal-Maġi lejn Għajnsielem, vjaġġ li l-Kunsill Lokali qed jinvesti ħafna fih biex jiġi rreklamat dan il-villaġġ:

“Bħal kull sena il-proġett ta’ Betleħem f’Għajnsielem jagħmel gran final fejn inżuru pajjiżi Ewropej. Bħalissa qed inħejju l-aħħar preparamenti biex kontinġent mir-raħal tagħna flimkien mat-3 Slaten Maġi se mmorru Ruma, fil-belt ta’ Tolfa, li għandna ġemelaġġ magħhom, u 4 ibliet oħra tal-madwar fosthom Viterbo.”

Nhar il-Ħadd li ġej il-Maġi jagħmlu l-vjaġġ tagħhom minn Selmun lejn Għajnsielem. It-3 Slaten Maġi jirkbu iż-żwiemel biex jerħulha lejn il-villaġġ sabiex jippreżentaw ir-rigali lil Ġesù Bambin.

L-għaqdiet tar-raħal huma l-protagonisti f’dan il-villaġġ tan-Nattività, mifrux fuq 30 tomna t’art, fejn 150 attur u 50 voluntier ieħor Għajnselmiż u minn rħula oħra jieħdu sehem.