Internazzjonali

Il-Papa f’talb għall-Insara Eġizzjani

Il-Papa Franġisku l-Ħadd qal li kien qed jitlob għall-Kopti, l-Insara Eġizzjani, li dan l-aħħar kienu vittma ta’ diversi attakki vjolenti.
Il-Papa qal li kien qrib l-Insara fl-Eġittu wara li jumejn ilu kienu fil-mira ta’ attakk ieħor fil-Kajr. Attakk li ħalla disa’ persuni mejta wara attakk fuq knisja u ħanut ta’ sidien Insara.
Il-messaġġ tal-Papa waqt l-Angelus sar hekk kif il-Ħadd sellem lil eluf miġbura fi Pjazza San Pietru.