New Zealand laqgħu s-sena l-ġdida b’ħafna ċelebrazzjonijiet u l-logħob tan-nar. Dan filwaqt li l-Awstralja wkoll għaddejjin biċ-ċelebrazzjonijiet partikolarment f’Sydney fejn qed jistennew 2 miljun ruħ madwar il-port biex jaraw l-ispettaklu tal-logħob tan-nar, hekk kif għall-ħabta tas-2.00 p.m. ħin lokali, ser idoqqu t-tokki ta’ nofsillejl.
Dawk li jtemmu dawn iċ-ċelebrazzjonijiet tal-ewwel tas-sena jkunu Baker Island u Howland Island, li jagħmlu parti mill-Istati Uniti, għada fis-1.00 p.m.



