Lokali

L-aktar avukat anzjan li għadu qed jipprattika

Dan Dr Vincent Falzon, avukat … li għandu 89 sena u sal-ġurnata tal-lum għadu jipprattika fejn f’karriera twila aktar minn 60 sena, Dr Falzon ra l-Qorti tinbidel.

L-avukat Falzon jsemmi kif qabel kellhom jagħmlu kollox bil-kitba … waqt li llum tgħin ħafna t-teknoloġija.

Dr Falzon jsostni li f’aspetti oħra tas-sistema ġudizzjarja, morna lura … fosthom l-idea li ssir avukat biex issir sinjur.

Huwa ħadem f’binjiet differenti tal-Qorti, saħansitra ħadem f’Qorti mkissra wara li ntlaqtet mill-bombi fit-tieni gwerra dinija.

Matul dawn is-snin kollha l-aktar każ interessanti li jiftakar l-avukat Falzon hu l-każ ta’ Connor.

Għal Dr Falzon, l-avukatura hija vokazzjoni, u saħansitra biex jibqa’ jipprattika bħala avukat, irrifjuta li joħroġ għal politika u saħansitra rrifjuta li jinħatar Imħallef.

Dr Falzon jagħlaq b’appell lejn l-avukati preżenti u dawk li jitħajru jagħżlu din il-professjoni.