L-attakkant ta’ Manchester City Gabriel Jesus jista’ jdum barra mill-azzjoni wara li weġġa’ fid-draw ta’ 0-0 li Manchester City kellhom kontra Crystal Palace. Il-Brażiljan kellu joħroġ lejn nofs l-ewwel taqsima f’Selhurst Park wara li weġġa’ siequ, bil-manager Pep Guardiola jikkonferma li jista’ jdum xhur imweġġa’.
Jesus fetaħ siequ biex jieħu l-pussess tal-ballun wara 11-il minuta meta kien qed jipprova jirbaħ il-ballun iżda deher li rkupra. Imbagħad il-Brażiljan prova konklużjoni fil-baxx minn tarf il-kaxxa u waqa’ mal-art fejn deher muġugħ ħafna.
Hu kien mibdul minn Sergio Aguero fit-23 minuta u beda jżomm rasu bid-diżappunt hekk kif kien dieħel ġewwa, b’Pep Guardiola jikkonslah.
Jeżisti wkoll tħassib fuq Kevin De Bruyne wara li fl-aħħar minuti tal-logħba kellu joħroġ sfurzat mil-logħba wara daħla minn Jason Puncheon li weġġa’ wkoll fl-azzjoni. De Bruyne kien qed jipprova jibni kontrattakk veloċi wara li Luka Milivojevic falla penalty għal Palace.
Il-Belġjan dam fl-art għal diversi minuti u kellu joħroġ fuq stretcher b’siequ l-leminija fi brace. Hu jinsab dubjuż għall-partita li Manchester City imisshom kontra Watford fit-2 ta’ Jannar, filwaqt li Jesus jista’ ma jirritornax ma’ Marzu.
//= $special ?>