Lokali

FILMAT: S’issa twieldu seba’ trabi fl-ewwel jum tal-2018

Matthias kien l-aħħar tifel li twieled s'issa.
Lejl bieżel fis-sala tal-maternità f'Mater Dei - s'issa twieldu ħamest itrabi

L-ewwel tarbija għall-2018 hu tifel u t-tieni wild ta’ Doris u Jonathan hekk kif Karl Gauci Wright twieled fis-00:50. Sorpriża għal din il-familja hekk kif Karl suppost kellu jitwieled fit-tnax ta’ Jannar, ġimgħatejn oħra.

Sa nofsinhar kienu twieldu ħames trabi, tliet subien u żewġ bniet. Kien lejn impenjattiv għall-qwiebel tal-Isptar Mater Dei hekk kif f’40 minuta twieldu tliet trabi bejn is-sagħtejn u kwart u t-tlieta neqsin ħames minuti tal-ewwel għodwa tas-sena.

Interessanti li l-ewwel li twieldu kienu s-subien, b’Sam, iben Alice Cauchi, isegwi lil Karl hekk kif twieled fis-02:13, żewġ minuti qabel Matthias, iben Nadesh Casalino.

Warajhom imbagħad kien imiss lill-bniet, bl-ewwel waħda tkun Elly, bint Maria Chircop, li twieldet fis-02:55 segwita minn Agatha, li twieldet fis-sitta ta’ dalgħodu u hi bint Alexandra, Rumena li tgħix f’Malta.

Sadattant matul il-ġurnata fl-Isptar Mater Dei twieldu żewġ bniet oħra waqt li ma kienx hemm twelid fl-isptarijiet privati u lanqas fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.