Matul il-lejl li għadda 3 persuni kienu arrestati f’San Pawl il-Baħar.
Jirriżulta li għall-ħabta tan-12.30am, il-Pulizija waslitilha informazzjoni li allegatament kien qed isir traffikar ta’ droga fi stabbiliment tax-xorb li jinsab fi Triq it-Tamar, f’San Pawl il-Baħar.
Hekk kif waslu fuq il-post, fil-ħanut il-Pulizija sabu lil barman tal-ħanut u żewġ persuni oħra fil-pussess tad-droga.
Wara tfittxija li saret instabu madwar 25 pakkett allegatament droga kokaina u kannabis lesti għat-traffikar.
Wieħed mill-irġiel, li hu Palestinjan, kellu wkoll sikkina fil-pussess tiegħu.
It-tliet irġiel inżammu arrestati.
//= $special ?>