Sport Sport Ieħor

Id-debuttant Rob Cross jirbaħ il-Kampjonat tad-Dinja tad-Darts

Rob Cross bl-unur wara li rebaħ il-finali tal-Kampjonat tad-Dinja (Ritratt: EPA)

Rob Cross temm it-tamiet ta’ Phil Taylor li jispiċċa l-karriera leġġendarja tiegħu b’rebħa, meta għeleb lis-16-il darba rebbieħ biex kiseb il-Kampjonat tad-Dinja fl-ewwel sena tiegħu bħala professjonali.

Tmienja u għoxrin sena wara li Taylor kien rebaħ l-ewwel Kampjonat tad-Dinja 6-1 kontra Eric Bristow fid-debutt tiegħu, Cross irrepeta l-istess suċċess bi prestazzjoni brillanti. Taylor kien tajjeb ukoll b’medja ta’ 102.26, iżda Cross kien tajjeb wisq, bil-ħames set ikun deċiżiv wara li Taylor magħruf aħjar bħala “The Power” kien hedded li jidħol fil-logħba.

Sena ilu, Cross kien segwa lil Michael van Gerwen jegħleb lil Gary Anderson, iżda fl-ewwel ġurnata tas-sena f’Alexandra Palace, kien Cross li fil-passat kien jaħdem bħala electrician li rebaħ. Hu sar l-ewwel persuna li rebaħ dan it-tournament fid-debutt minn Raymond van Barneveld fl-2007.

B’medja ta’ 107.67 li kien it-tielet l-akbar fl-istorja ta’ finali, u bi 11-il 180, Cross kien b’saħħtu wisq għal Taylor, bir-rebbieħ il-ġdid jaqsam il-mument tiegħu billi ta t-trofew lil-leġġenda wara ċ-ċerimonja tal-preżentazzjoni.

Taylor kien qed jittama li jtemm il-karriera professjonali tiegħu bis-17-il titlu iżda tilef kontra plejer li qatt ma kien lagħab kontrih kif ukoll plejer li sa sitt xhur ilu ma kienx magħruf mill-udjenza tad-darts. Minflok kien Cross li ma kienx għadu twieled meta Taylor kien rebaħ l-ewwel kampjonat fl-1990. Hu spiċċa b’cheque ta’ €450,000, post fil-Premier League, bħala sid numru tlieta fid-dinja u bl-aktar titlu ta’ prestiġju fl-isport.

Ir-rebħa ta’ Cross kienet biss it-13-il telfa ta’ Taylor f’29 Kampjonati tad-Dinja u se jtemm mingħajr tmiem perfett f’karriera li fiha l-aħħar darba li sar Champion tad-Dinja kien fl-2013. Taylor kien qed jilgħab fil-21 finali tiegħu wara li rebaħ 16 mill-aħħar 20 tiegħu. Cross ingħaqad ma’ Dennis Prisetley, John Part, Raymond van Barneveld u Anderson bħala l-uniċi li għelbu lil Taylor fil-finali ta’ Kampjonat tad-Dinja.

Tags