Fil-Brażil għaddejja kaċċa għal madwar 80 ħabsi li ħarbu waqt irvell li kien ħalla diversi mejtin ġo ħabs fil-limiti tal-Istat ta’ Goias, fiċ-ċentru tal-pajjiż. L-inkwiet beda fl-aħħar lejl tas-sena bil-pulizija għall-irvellijiet iwieġbu minnufih għall-allert.
L-awtoritajiet qalu li l-irvell – li ħalla talanqas għaxar mejtin u diversi midruba — beda meta grupp ta’ ħabsin armati invadew sezzjoni tal-ħabs li kienet ikkontrollata minn gang rivali. Il-Pulizija rnexxielha tikkontrolla s-sitwazzjoni wara sigħat ta’ tensjoni, u fejn reġgħu qabdu madwar 30 fost aktar minn 100 ħabsi ‘taż-żewġ gruppi rivali’ li jirnexxilhom jaħarbu fost il-kaos.
L-irvellijiet huma komuni fil-ħabsijiet tal-Brażil li huma fullati bil-priġunieri.
Intant, dan il-pajjiż Latin-Amerikan għandu waħda mill-akbar popolazzjonijiet ta’ ħabsin fid-dinja, meta l-kumplessi tal-ħabs huma kontrollati mill-entitajiet kriminali influwenti li għandhom aċċess għall-armi, id-droga u t-telefons ċellulari.
//= $special ?>

