Għal ħafna l-lukanda Jerma llum hi s-sit tal-kontroversja politika u ambjentali. Iżda qalb it-telqa u l-abbandun, grupp ta’ żgħażagħ raw il-post ideali fejn jesprimu t-talenti tagħhom.
Justin Bonnici, li l-professjoni tiegħu hi t-tpinġija tat-tattoos li dejjem iżjed qed issir popolari, qatta’ l-aħħar jiem tal-2017 ipinġi wieħed mill-ħitan ta’ din il-lukanda abbandunata bil-karattru ta’ Gandalf, minn The Lord of the Rings.
Iżda l-professjoni u t-talenti ta’ artisti tal-graffiti bħal justin sfortunatament hi mtappna wkoll minn oħrajn li minflok fl-arti, jinfexxew fil-vandaliżmu, kliem ħażin u t-taħżiż.
Segwit mill-għalliem li fl-iskola tal-Verdala kien jgħallmu l-arti, Justin jiddeskrivi t-tpinġija tal-graffiti bħala l-passatemp favorit tiegħu, dak li jżomm lilu u lil sħabu bogħod mill-vizzji.
U sakemm il-futur tal-lukanda Jerma jiġi deċiż, il-ħitan ta’ din il-lukanda se jibqgħu iservu ta’ xempju tat-talent, ħafna drabi moħbi u maħnuq min-nuqqas ta’ opportunitajiet, ta’ tant artisti lokali.
//= $special ?>