Napoli sfaw eliminati mill-kwarti tal-finali tal-Coppa Italia meta tilfu 2-1 f’darhom stess kontra Atalanta.
CASTAGNE fetaħ l-iskor fil-50 minuta hekk kif approfitta minn konfużjoni fil-kaxxa u GOMEZ għamilhom tnejn disa’ minuti mit-tmiem.
Tard wisq kienet ir-reazzjoni ta’ Napoli li skurjaw erba’ minuti mit-tmiem permezz ta’ MERTENS.
Ta’ min jinnota li fl-aħħar 10 konfronti bejn dawn iż-żewġ timijiet Atalanta dejjem sabu x-xibka kontra Napoli.
Atalanta issa jmisshom jilagħbu s-semifinali fuq żewġ legs bejn ir-rebbieħ tal-logħba Juventus kontra Torino.
//= $special ?>